Il-Kummissjoni Maltija hija ddedikata biex tippromwovi u tippreserva t-traduzzjoni fidila ta’ testi ewlenin, inkluż il-Kelma tal-Ħajja u materjal ieħor li joriġina miċ-Ċentru tal-Moviment tal-Fokolari jew miż-Żona, permezz tal-lingwa Maltija. Il-missjoni tagħna tinkludi l-assigurazzjoni ta’ traduzzjonijiet ta’ kwalità għolja, il-ġbir u l-arkivjar sistematiku ta’ xogħlijiet tradotti, li jmorru lura sa mill-1978 ’l hawn, u li dawn isiru aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-futur. Aħna impenjati wkoll għall-pubblikazzjoni ta’ kotba dwar l-ispiritwalità tal-Fokolari bil-Malti, biex nappoġġaw it-tkabbir kulturali u spiritwali tal-komunità li titkellem bil-Malti. – Il-Kummissjoni tal-Malti
![]() |
![]() |
![]() |
|
| Kelma tal-Ħajja | Spiritwalità | Kotba bil-Malti | Dokumenti oħra |




