Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ April 2018

Posted on 01/04/201829/07/2025 By admin

Din is-sentenza ta’ Ġesù hija silta minn djalogu twil mal-folla li rat is-sinjal tat-tkattir tal-ħobż u marret timxi warajh, forsi biss biex tirċievi mingħandu xi għajnuna oħra. Ġesù, li beda billi sema’ l-bżonn materjali tagħhom, bil-mod ilmod, beda jġib id-diskors fuq il-missjoni tiegħu: hu kien intbagħat mill-Missier

biex jagħti lill-bnedmin il-ħajja vera, il-ħajja ta’ dejjem, jiġifieri l-istess ħajja ta’ Alla, li hu Mħabba.

Huwa u miexi fit-toroq tal-Palestina, Ġesù resaq q

“TASSEW, TASSEW NGĦIDILKOM, MIN JEMMEN GĦANDU L-ĦAJJA TA’ DEJJEM” (ĠW 6, 47).

rib lejn kull min kien jiltaqa’ miegħu, ma qagħadx lura milli jwieġeb meta talbuh ikel, ilma, fejqan, maħfra; anzi, qasam magħhom kull ħtieġa u mela ‘l kulħadd bit-tama. Għalhekk issa seta’ jistedinhom jagħmlu pass ieħor ‘il quddiem, seta’ jistieden ‘il min kien qed jisimgħu jilqa’ l-ħajja li offra, jidħol f’rabta miegħU, ikollu fiduċja u jemmen fiH.

Chiara Lubich, fil-kumment li għamlet fuq dan il-kliem tal-Vanġelu, kitbet hekk: “Hawnhekk Ġesù qed iwieġeb għall-aqwa tamiet tal-bniedem. Il-bniedem ġie maħluq għall-ħajja; hu jfittixha b’ħiltu kollha. Iżda jagħmel żball kbir jekk ifittixha fil-krejaturi, fl-affarijiet maħluqin li, billi huma limitati u jgħaddu maż-żmien, ma jistgħux jagħtu tweġiba sħiħa għax-xewqa kbira u profonda tiegħu. …Ġesù biss jista’ jaqta’ l-għatx tal-bniedem. Hu biss jista’ jagħtina l-ħajja li ma tintemmx, għax Hu l-Ħajja”1.

Qabel xejn, il-fidi nisranija hija frott ta’ laqgħa personali ma’ Alla, ma’ Ġesù, li ma jixtieq xejn ħlief li aħna nieħdu sehem mill-istess ħajja tiegħu.

Il-fidi f’Ġesù tfisser li nimxu fuq l-eżempju tiegħu, billi ma ngħixux magħluqin fina nfusna, bil-biżgħat tagħna, bil-programmi limitati tagħna, imma billi nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-ħtiġiet tal-oħrajn: bżonnijiet konkreti fejn hemm il-faqar, il-mard, l-emarġinazzjoni, u fuq kollox il-bżonn li nisimgħu lil ħaddieħor, naqsmu kollox miegħu, nilqgħuh.

B’hekk, b’ħajjitna, inkunu nistgħu nwasslu lill-oħrajn l-istess imħabba li rċevejna bħala don ta’ Alla. U biex insaħħu l-mixja tagħna, Hu ħallielna d-don kbir tal-Ewkaristija, li biha Hu jagħtina lilu nnifsu biex b’hekk nagħtu l-ħajja lill-oħrajn.

Kemm-il darba, matul il-ġurnata, nagħtu l-fiduċja tagħna lin-nies ta’ madwarna: lill-għalliema ta’ wliedna, lis-sewwieq tat-taksi li jrid iwassalna fejn irridu mmorru, lit-tabib li jikkurana… Ma tistax tgħix bla ma jkollok fiduċja, u din tissaħħaħ billi nsiru nafu lill-oħrajn, bil-ħbiberija, bir-rabta tagħna magħhom li maż-żmien trabbi l-għeruq.

Mela kif se ngħixu din il-Kelma tal-ħajja ta’ dan ix-xahar? Fil-kumment tagħha, Chiara tistedinna nsaħħu l-għażla li għamilna li nimxu wara Ġesù: “ … It-triq biex naslu issa nafuha: … irridu ngħixu b’impenn partikulari

dak il-kliem tiegħu li jfakkarna fil-ħafna ċirkustanzi tal-ħajja. Per eżempju: meta niltaqgħu mal-proxxmu tagħna, ngħixu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (ara Mt 22, 39). Meta nkunu għaddejjin minn xi tbatija, niftakru: “Min irid jimxi warajja… jerfa’ salibu” (ara Mt 16, 24), eċċ. Hekk Ġesù jidħol fina bil-verità tiegħu, bil-qawwa u l-imħabba tiegħu u kliemu jixgħel fi qlubna. Ħajjitna tkun tfisser

ngħixu dejjem aktar Miegħu, nagħmlu kollox flimkien Miegħu, u anki l-mewt fiżika tagħna, li qiegħda hemm tistenniena, ma tibqax aktar tbeżżagħna, għax ma’ Ġesù ġa bdiet fina l-ħajja vera, il-ħajja li ma tintemmx” .

Letizia Magri

1: C. Lubich, La vera vita, Città Nuova, 35, [1991], 14, pġ. 32.

Print
Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu 2018
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2018

Arkivju

Free text search

Search by category and tag

Select by date range

  • Select Dates

Tags

Alla Missier Alla Mħabba Chiara Lubich Chiara t'Assisi djalogu tal-imħabba Djarju ekumenismu Għaqda fost l-Insara il-Kelma t’Alla il-maħfra Il-paċi il-ħniena ir-Rużarju Mqaddes Kelma tal-ħajja Knejjes Insara l-Ewkaristja ll-Ġimgħa Mqaddsa Marija mħabba lejn il-proxxmu Papa Frangisku Saltna ta’ Alla San Pawl spiritwalità kollettiva storja tal-Moviment Ġesù fostna Ġesù l-Imgħallem Ġesù Rxoxt Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara

Kategoriji

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2025

Copyright © 2025 Moviment tal-Fokolari | Registered Voluntary Organisation: Fondazzjoni Dinja Magħquda–(Malta) VO/1624 |

Powered by PressBook Blog WordPress theme