Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2018

Posted on 05/10/2018 By admin

“Jekk lilkom imexxikom l-ispirtu, m’intomx taħt il-liġi” (Gal 5,18).

L-appostlu San Pawl kiteb ittra lill-insara tal-Galazja, post li llum insibuh fiċ-ċentru tat-Turkija, fejn hu stess kien wasslilhom l-aħbar tal-Vanġelu u għalhekk huma tant kienu għal qalbu.

F’din il-komunità kien hemm xi wħud li kienu jgħidu li l-insara kellhom jobdu dak kollu li kienet tgħid il-liġi Lhudija, biex hekk jogħġbu `l Alla u jsalvaw ruħhom. Iżda Pawlu kien jisħaq li m’għadniex aktar “taħt il-Liġi” għax Ġesù stess, Bin Alla u s-Salvatur tal-bnedmin kollha, meta miet u rxoxta, sar għal kulħadd triq li tieħu għand il-Missier. Il-fdi tagħna fiH tiftħilna qalbna għall-azzjoni tal-Ispirtu stess t’Alla, li jmexxina ft-toroq ta’ ħajjitna.

Għalhekk, skont Pawlu, mhux qed nitkellmu aktar fuq li “ma nosservawx il-Liġi”, iżda fuq li ngħixuha sal-aħħar billi nħallu l-Ispirtu jmexxina.

Ftit aktar ‘il quddiem insibu li Pawlu kiteb: “Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Gal 5,14). Infatti, fl-imħabba nisranija għal Alla u għall-proxxmu, insibu l-libertà u r-responsabbiltà ta’ wlied: aħna msejħin biex bħal Ġesù nħobbu `l kulħadd, inkunu aħna l-ewwel li nħobbu, inħobbu lill-oħrajn bħalna nfusna, saħansitra `l min inqisuh bħala għadu tagħna.

“Jekk lilkom imexxikom l-ispirtu, m’intomx taħt il-liġi.”

L-imħabba li tiġi mingħand Alla tħeġġiġna nkunu nies responsabbli fil-familja tagħna, fuq il-post tax-xogħol u kulfejn inkunu. Aħna msejħin nibnu rabtiet ta’ paċi, ġustizzja u legalità.

Il-liġi tal-imħabba hi pedament mill-aktar sod tal-ħajja tagħna fs-soċjetà, kif tirrakkonta Marija, għalliema minn Pariġi: “Jien ngħallem fi skola li tinsab `il barra minn Pariġi, f’żona fqira fejn l-istudenti ġejjin minn kulturi differenti. Infasslu proġetti u naħdmu f gruppi, fejn jien u sħabi ngħixu flimkien bħal aħwa u hekk l-istudenti jemmnuna meta nipproponu dan il-mudell ta’ aħwa flimkien. Tgħallimt ma nistenniex riżultati minnufih, anki meta student jibqa’ ma jinbidilx. L-importanti hu li nibqa’ nemmen fih u nibqa’ miexja miegħu filwaqt li nistmah u nagħmillu l-qalb. Kultant naħseb li mhu ser jirnexxili nasal imkien; drabi oħra jkolli prova tanġibbli li r-rabtiet li nibni jħallu l-frott, kif ġara ma’ waħda mill-istudenti waqt lezzjoni meta din ma bdietx tieħu sehem b’mod kostruttiv. Bil-kalma u b’deċiżjoni fssirtilha li, biex ngħixu b’mod armonjuż, kulħadd irid jagħti sehemu. 

Wara, din l-istudenta kitbitli hekk: “Jiddispjaċini tal-imġiba tiegħi, inwiegħdek li ma nerġax. Naf li inti tistenna mingħandna azzjonijiet konkreti u mhux kliem biss, u jien irrid nagħmel ħilti biex ngħix hekk. Inti persuna li qed tgħaddilna valuri ġusti u r-rieda li nirnexxu” 1.

“Jekk lilkom imexxikom l-ispirtu, m’intomx taħt il-liġi.”

L-għixien tal-imħabba mhuwiex sempliċement frott tal-isforzi li nagħmlu aħna. Il-qawwa, biex inkunu dejjem aktar ħielsa mill-jasar tal-egoiżmu u ngħixu l-imħabba, tiġi mill-ispirtu li hu mogħti lilna u li aħna nistgħu nitolbu għalih il-ħin kollu. Chiara Lubich kitbet hekk: “Hija l-imħabba li tmexxina, li tissuġġerilna kif inwieġbu għas-sitwazzjonijiet u għall-għażliet li aħna msejħin nagħmlu. Hija l-imħabba li tgħinna nagħrfu t-tajjeb mill-ħażin. Hija l-imħabba li tqanqalna nfttxu l-ġid tal-oħrajn. Aħna m’aħniex immexxija minn barra, imma minn dak il-prinċipju ta’ ħajja ġdida li l-Ispirtu sawwab ġewwa fna. Qalbna, moħħna, il-forzi u l-ħiliet kollha tagħna jkunu jistgħu “jimxu skont l-Ispirtu”, għax l-imħabba tagħmilhom ħaġa waħda u aħna npoġġuhom għad-dispożizzjoni sħiħa tal-pjan li Alla għandu għalina u għas-soċjetà. Aħna liberi li nħobbu” 2 .

Letizia Magri

1: “Għalliema fs-subborgi ta’ Pariġi” – xhieda mogħtija minn Maria A. (Pariġi) – “La grande attrattiva del tempo presente”, Castel Gandolfo, 3 ta’ Marzu 2018 (żur is-sit www.focolare.org).

2: C. Lubich, “Quella voce ‘dentro”, fuq «Città Nuova» 50 (2006/10), pġ. 9

Print
Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Avventura ta’ veru!
Next Post: Żjara tal-Papa Franġisku f’Loppiano

Arkivju

Free text search

Search by category and tag

Select by date range

  • Select Dates

Tags

Alla Missier Alla Mħabba Chiara Lubich Chiara t'Assisi djalogu tal-imħabba Djarju ekumenismu Għaqda fost l-Insara il-Kelma t’Alla il-maħfra Il-paċi il-ħniena ir-Rużarju Mqaddes Kelma tal-ħajja Knejjes Insara l-Ewkaristja ll-Ġimgħa Mqaddsa Marija mħabba lejn il-proxxmu Papa Frangisku Saltna ta’ Alla San Pawl spiritwalità kollettiva storja tal-Moviment Ġesù fostna Ġesù l-Imgħallem Ġesù Rxoxt Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara

Kategoriji

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2025

Copyright © 2025 Moviment tal-Fokolari | Registered Voluntary Organisation: Fondazzjoni Dinja Magħquda–(Malta) VO/1624 |

Powered by PressBook Blog WordPress theme