Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2016

Posted on 01/08/201630/07/2025 By admin

“L-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa”  (Mt 23, 8).

Ilna ngħixu l-Kelma tal-ħajja għal aktar minn sebgħin sena. Meta nirċevuha,  naqraw il-kumment li jkun hemm dwarha, imma nkunu nixtiequ li tibqa’ ħajja fina dik il-Kelma mill-Kotba Mqaddsa, li ħafna drabi jkun qalha Ġesù. Il-“Kelma tal-ħajja” mhijiex sempliċement meditazzjoni, imma fiha jkun Ġesù li jkellimna, li jistedinna ngħixu, li jwassalna biex inħobbu dejjem, biex ħajjitna nagħmluha rigal.

Hi ġiet “ivvintata” minn Chiara Lubich, li tirrakkonta kif bdiet: “Kelli xewqa kbira li nkun naf il-verità u kont naħseb li din nista’ nsibha fl-istudju. Imma waħda mill-idejat il-kbar tal-ewwel żminijiet tal-Moviment, li mill-ewwel qsamtha ma’ sħabi kienet: ‘Għalfejn infittxu l-verità meta  tinsab inkarnata f’Ġesù, il-bniedem-Alla? Jekk il-verità qiegħda tiġbidna lejha, ejjew inħallu kollox, infittxu Lilu u nimxu warajH’. Hekk għamilna”.

Huma ħadu f’idejhom il-Vanġelu u bdew jaqrawh kelma b’kelma. Sabuh kollu kemm hu ġdid. “Kull kelma ta’ Ġesù kienet bħal raġġ dawl kollu nar: kollu divin! (…) Kliemu hu uniku, etern (…), isaħħrek, miktub b’ħila divina, (…) kien kliem tal-ħajja, li ridna ngħixuh f’ħajjitna, kliem li jgħodd għal kulħadd u għal kull żmien”. Skoprew li dan il-kliem ma kienx xi ħaġa tal-imgħoddi, mhux sempliċement tifkira, imma kliem li Ġesù  għadu  qed jgħidu lilna, kif ukoll lil kull bniedem ta’ kull żmien u pajjiż .

Imma Ġesù hu tassew l-Imgħallem tagħna?

Ninsabu mdawrin minn ħafna proposti ta’ ħajja, ġejjin minn bosta nies li huma għalliema tal-ħsieb. Uħud minn dawn il-proposti huma ta’ min jistmerrhom, saħansitra jwasslu għall-vjolenza, filwaqt li oħrajn huma ħsibijiet tajba, kollha dawl. Madankollu,  dak li jqanqal fina l-kliem ta’ Ġesù bil-profondità u l-kapaċità tiegħu ma jsirx minn kliem ieħor ukoll jekk hu kliem ta’ filosfi, politiċi, poeti.  Kliem Ġesù hu “kliem ta’ ħajja”, nistgħu ngħixuh u jagħtina l-milja tal-ħajja, iwasslilna l-istess ħajja ta’ Alla.

Kull xahar nagħżlu waħda u ninżlu fil-fond tagħha, u hekk, ftit ftit, il-Vanġelu jidħol fina, jibdilna, jagħtina l-istess ħsieb ta’ Ġesù u aħna nkunu nistgħu nwieġbu għas-sitwazzjonijiet l-aktar differenti. Ġesù jsir l-Imgħallem tagħna.

Xi drabi nkunu nistgħu naqrawha flimkien; u nkunu nixtiequ li jkun Ġesù nnifsu, l-Irxoxt, ħaj f’nofs dawk miġburin f’ismu, li jfissirhielna u  li jurina kif nistgħu ngħixuha fi żmienna.

Imma l-akbar novità tal-“Kelma tal-ħajja” tinsab fil-fatt li nistgħu naqsmu l-esperjenzi, il-grazzji li jitwieldu meta ngħixuha, kif Chiara tispjega hija u ssemmi dak li kien jiġri fil-bidu u li għadu jiġri sallum: “Konna nħossu d-dmir li naqsmu mal-oħrajn dak li konna ngħixu, anki għaliex konna nafu li meta naqsmu l-esperjenza kienet tibqa’, u dan kien ikabbar il-ħajja spiritwali tagħna. Imma meta ma konniex naqsmuha, bil-mod il-mod ruħna kienet tiftaqar. Għalhekk matul il-ġurnata  konna ngħixu l-Kelma b’ħilitna kollha u r-riżultati konna naqsmuhom, mhux biss bejnietna, imma man-nies li kienu jiżdiedu mal-ewwel grupp. (…) Meta konna ngħixuha, ma kienx aktar il-jien tagħna li kien jgħix, imma l-Kelma fija, il-Kelma fil-grupp. U din kienet rivoluzzjoni nisranija bil-konsegwenzi kollha li kienet iġġib magħha” .

L-istess ħaġa tista’ tiġri wkoll lilna llum.

Fabio Ciardi

[1] L’amore al prossimo, Taħdita mal-ħbieb tagħna Musulmani, Castel Gandolfo, 1 ta’ Novembru 2002.

Print
Kelma tal-Ħajja Tags:Ġesù l-Imgħallem

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2016
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2016

Arkivju

Free text search

Search by category and tag

Select by date range

  • Select Dates

Tags

Alla Missier Alla Mħabba Chiara Lubich Chiara t'Assisi djalogu tal-imħabba Djarju ekumenismu Għaqda fost l-Insara il-Kelma t’Alla il-maħfra Il-paċi il-ħniena ir-Rużarju Mqaddes Kelma tal-ħajja Knejjes Insara l-Ewkaristja ll-Ġimgħa Mqaddsa Marija mħabba lejn il-proxxmu Papa Frangisku Saltna ta’ Alla San Pawl spiritwalità kollettiva storja tal-Moviment Ġesù fostna Ġesù l-Imgħallem Ġesù Rxoxt Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara

Kategoriji

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2025
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2025

Copyright © 2025 Moviment tal-Fokolari | Registered Voluntary Organisation: Fondazzjoni Dinja Magħquda–(Malta) VO/1624 |

Powered by PressBook Blog WordPress theme