Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2016

Posted on 01/10/201626/04/2026 By admin

“Aħfer il-proxxmu d-dnubiet tiegħu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek” (Sir 28, 2).

Diffiċli titkellem fuq il-maħfra f’soċjetà vjolenti bħal dik li qed ngħixu fiha. Kif tista’ taħfer lil min qered familja, lil min iwettaq affarijiet tal-waħx jew lil min joqorsok fil-laħam il-ħaj fi kwistjonijiet personali filwaqt li jirvinalek karriera u  jittradik?

L-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok hija l-vendetta, li tpatti l-ħażin bil-ħażin u b’hekk tinħoloq aktar mibegħda u vendetta li bihom is-soċjetà tkompli titħassar. Inkella tiksirha ma’ xi ħadd, iżżomm f’qalbek u b’hekk il-ħajja timtela bil-qrusa u jitniġġsu r-rabtiet.

Il-Kelma ta’ Alla tidħol bis-saħħa kollha tagħha fil-ħafna sitwazzjonijiet ta’ kunflitti u bla ebda tlaqliq tipproponi l-aktar soluzzjoni diffiċli u kuraġġuża: il-maħfra.

Din id-darba l-istedina taslilna mingħand Ben Sira, raġel għaref mill-poplu antik ta’ Iżrael, li juri kemm hi bla sens it-talba għall-maħfra li persuna tagħmel lil Alla u li, min-naħa tagħha ma tafx taħfer. F’kitba antika tat-tradizzjoni Lhudija naqraw: “[Alla] lil min jaħfer id-dnubiet? Lil min min-naħa tiegħu jaf jaħfer” . Din hi l-istess ħaġa li Ġesù nnifsu għallimna fit-talba li nagħmlu lill-Missier: “Missierna… aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina» .

Aħna wkoll niżbaljaw, u kull darba nkunu rridu li jaħfrulna! Nittalbu u nittamaw li jingħatalna ċ-ċans li nibdew mill-ġdid, li n-nies terġa’ tafda fina. Jekk dan jgħodd għalina, ma jgħoddx ukoll għall-oħrajn?  Aħna m’għandniex inħobbu lil għajrna bħalma nħobbu lilna nfusna?

Chiara Lubich, li tkompli tnebbaħna biex nifhmu l-Kelma tal-ħajja, tgħid li l-istedina għall-maħfra “mhijiex stedina biex wieħed jinsa li spiss tfisser li ma tħarisx lejn ir-realtà. Il-maħfra mhijiex dgħufija, jiġifieri li ma tagħtix kas ta’ xi tort għax tibża’ minn dak li hu aktar b’saħħtu. Il-maħfra ma tfissirx li tistqarr li mhuwiex importanti dak li hu serju, jew li tgħid li hu tajjeb dak li hu ħażin. Il-maħfra mhijiex indifferenza. Il-maħfra tagħmilha bir-rieda tiegħek u taf xi tkun qed tagħmel, jiġifieri tagħmilha bil-libertà. Meta taħfer tkun qed tilqa’ lil ħuk kif inhu, minkejja l-ħażin li għamillek, kif Alla jilqa’ lilna l-midinbin minkejja d-difetti tagħna. Meta taħfer ma tweġibx għall-offiża billi tagħmel offiża oħra, imma tagħmel dak li jgħid San Pawl: “Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb” .

Meta taħfer tagħti lil min naqsek iċ-ċans li jibni rabta ġdida miegħek, jiġifieri tkun qed toħloq iċ-ċans li t-tnejn terġgħu tibdew mill-ġdid b’ġejjieni fejn il-ħażen ma jkollux l-aħħar kelma”.

Il-Kelma tal-ħajja se tgħinna nirreżistu għat-tentazzjoni li nwieġbu ħażin u li npattu għall-ħażen li rċevejna. Se tgħinna naraw lil min hu “għadu” tagħna b’għajnejn ġodda, billi fih naraw lil xi ħadd li jeħtieġ l-imħabba, anki jekk hu kattiv, u ngħinuh jinbidel. Din tkun il-“vendetta ta’ mħabbitna”.

“Tgħidli: ‘Imma dan diffiċli’, tkompli Chiara fil-kumment tagħha. Hekk hu. Iżda dan hu s-sabiħ tal-kristjaneżmu. Mhux għalxejn għażilt li timxi wara Alla li waqt li kien qed imut fuq is-salib, talab il-maħfra lil Missieru għal dawk li tawh il-mewt. Kuraġġ mela; ibda għix hekk! Ibqa’ żgur li tħoss paċi u ferħ li bħalhom qatt ma tkun ħassejt qabel” .

Fabio Ciardi

1.  Costruire sulla roccia, Città Nuova, Ruma 1983, p. 46-58.

2016, Kelma tal-Ħajja Tags:il-maħfra

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2016
Next Post: L-Ispiritwalita’ tal-Unita’

Riċerka libera

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (2) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (2) il-Kelma t’Alla (5) il-maħfra (1) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Kelma tal-Ħajja (53) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (1) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Ir-Regola tad-Deheb
  • Il-Kelma tibni l-komunità
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ April 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari (Malta) | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Powered by PressBook Blog WordPress theme