Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Ir-Regola tad-Deheb

Posted on 04/06/202604/06/2026 By admin

April 1978

Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom: għax din hi l-liġi u l-profeti.” (Mt 7, 12)

Qatt ħassejt l-għatx għal dak li hu infinit? Qatt ħassejt ix-xewqa li tgħannaq lil dak li hu bla tarf? Qatt ħassejt fil-fond ta’ qalbek li m’intix sodisfatt b’dak li tagħmel jew li int?

Jekk hu hekk, naħseb tkun kuntent issib kif timla qalbek b’dak kollu li tħoss li hu nieqes u ssib xi ħaġa li timla l-ġranet tiegħek u ma tħallihomx qishom bla sens.

Hemm kelma fil-Vanġelu li ġġiegħlek taħseb, u wara li tifhimha, timliek bil-ferħ. Fiha hemm dak kollu li jeħtieġ nagħmlu fil-ħajja. Tiġbor fiha l-liġi li Alla stess qiegħed fil-qalb ta’ kull bniedem. Tgħid hekk:

“Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom: għax din hi l-liġi u l-profeti”.

Din il-kelma tissejjaħ “ir-regola tad-deheb”.

Qalha Kristu, imma ġa kienet magħrufa sew. Kienet miktuba fit-Testment il-Qadim; Seneca kien jafha u ċ-Ċiniż Konfuċju kien itenniha ta’ spiss. Hemm oħrajn ukoll. Dan juri kemm din il-kelma hi għal qalb Alla u kemm jixtieq li l-bnedmin kollha jagħmluha r-regola ta’ ħajjithom.

Sabiħa meta taqraha; tinstema’ bħala slogan. Ejjew nerġgħu nisimgħuha:

“Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom”.

Jeħtieġ li nħobbu lil kull bniedem li niltaqgħu miegħu matul il-ġurnata. Hemm bżonn inpoġġu ruħna fis-sitwazzjoni tiegħu u nġibu ruħna miegħu kif nixtiequ li hu jġib ruħu magħna li kieku konna minfloku.

Il-vuċi t’Alla fina tgħidilna kif għandna nħobbu f’kull ċirkustanza. Hemm min hu bil-ġuħ? Irrid ngħid: jien bil-ġuħ, u nagħtih jiekol. Hemm min qed ibati minħabba xi inġustizzja? Irrid inħoss it-tbatija ta’ dik l-inġustizzja. Hemm min hu mħawwad u fid-dubju? Irrid inħoss dak li qed iħoss hu; ngħidlu kliem ta’ faraġ, naqsam miegħu t-tbatija li jkun għaddej minnha u ma noqgħodx bi kwieti qabel ma narah jieħu r-ruħ. Aħna nixtiequ li l-oħrajn iġibu ruħhom magħna b’dan il-mod.

Hemm xi ħadd bi bżonnijiet speċjali. Irridu nħobbuh b’mod li l-bżonnijiet tiegħu nħossuhom tagħna. L-imħabba għandha tissuġġerilna kif inġibu ruħna miegħu biex hekk hu jħossu bħall-oħrajn, anzi bi grazzja aktar kbira, għax in-Nisrani jaf kemm hi prezzjuża t-tbatija.

Irridu nġibu ruħna b’dan il-mod ma’ kulħadd, bla ma nagħmlu ebda differenza bejn simpatiku jew antipatiku, żagħżugħ jew anzjan, ħabib jew għadu, barrani jew minn pajjiżna, sabiħ jew ikrah…, għax il-Vanġelu jgħidilna li għandna nħobbu lil kulħadd.

Test Word doc 2

Test pdf 2


Siltiet mill-pubblikazzjoni Ngħixu l-Kelma, oriġinali bit-Taljan Parole di Vita, mis-sensiela Opere di Chiara Lubich, maqluba għall-Malti mill-Moviment tal-Fokolari f’Malta.

© Città Nuova Editrice, Ruma, 2017

Spiritwalità

Post navigation

Previous Post: Il-Kelma tibni l-komunità

Riċerka libera

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (2) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (2) il-Kelma t’Alla (5) il-maħfra (1) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Kelma tal-Ħajja (53) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (1) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Ir-Regola tad-Deheb
  • Il-Kelma tibni l-komunità
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ April 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari (Malta) | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Powered by PressBook Blog WordPress theme