Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Kotba
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ April 2013

Posted on 01/04/201305/10/2026 By admin

“L-aħwa, tgergrux kontra xulxin” (Ġk 5,9).

Biex nifhmu aħjar il-Kelma tal-Ħajja li għandna dan ix-xahar, ta’ min wieħed iżomm kont taċ-ċirkustanzi li wasslu għaliha. L-ittra tal-appostlu Ġakbu tindirizza dawk in-nuqqasijiet li kienu jseħħu fi ħdan il-komunitajiet Insara. Fost dawn insibu skandli, diskriminazzjonijiet soċjali kif ukoll l-użu egoistiku tal-ġid materjali u saħansitra sfruttament tal-ħaddiema, fidi li tikkonsisti aktar fi kliem milli f’fatti, u affarijiet oħra. Dan wassal għal garr u nuqqas ta’ ftehim u ħoloq diffikultajiet bejn il-membri tal-komunità.

“L-aħwa, tgergrux kontra xulxin.”

Sa minn żmien l-appostli, wieħed jista’ jinnota dak li llum naraw ukoll fil-komunitajiet tagħna. L-ikbar diffikultajiet biex ngħixu l-fidi tagħna, ħafna drabi ma jiġux minn barra, jiġifieri mid-dinja, iżda minn ħdan il-komunità, u huma frott ta’ xi sitwazzjonijiet li jseħħu meta l-imġiba ta’ wħud minn ħutna ma tkunx skont l-ideal Nisrani. Dan kollu iwassal biex dak li jkun iħossu skomdu, jaqta’ qalbu u jinfixel.

“L-aħwa, tgergrux kontra xulxin.”

Iżda jekk dawn il-kuntradizzjonijiet u nuqqas ta’ fedeltà xi ftit jew wisq gravi għandhom għeruqhom f’fidi mhux dejjem imdawla u f’ imħabba lejn Alla u l-proxxmu li tkun għadha ’l bogħod mill-perfezzjoni, ir-reazzjoni tan-Nisrani m’għandhiex tkun li jitlef il-paċenzja u jwebbes rasu, imma li jagħmel dak li jgħallimna Ġesù. Hu jrid minna li nagħrfu nistennew bis-sabar, li nifhmu lil ħaddieħor u li jkollna ħniena lejh. Dan kollu jgħin biex iż-żerriegħa tat-tajjeb li tkun inżergħet fina tiżviluppa kif tgħid il-parabbola tas-sikrana (Mt 13, 24-30.36-43).

“L-aħwa, tgergrux kontra xulxin.”

Għalhekk, kif għandna ngħixu l-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar? Hi tqegħidna quddiem sitwazzjoni iebsa tal-ħajja Nisranija. Aħna wkoll nagħmlu parti minn komunitajiet differenti (il-familja, il-parroċċa, xi għaqda, il-post tax-xogħol, il-komunità ċivili), fejn sfortunatament jista’ jkun hemm ħafna affarijiet li fil-fehma tagħna mhux sejrin sew: il-karattru, l-opinjoni, drawwiet, nuqqas ta’ fedeltà li jsewdulna qalbna u jagħtina li ma naċċettawhomx.

B’hekk se jkollna ħafna okkażjonijiet fejn ngħixu l-Kelma tal-Ħajja ta’ dax-xahar. Flok ma ngorru u nikkundannaw, kif ser ikollna t-tentazzjoni li nagħmlu, irridu nkunu tolleranti u nifhmu lil ħadieħor. Fejn hu possibbli, nistgħu wkoll inwiddbu lil xulxin kif jagħmlu l-aħwa. Imma fuq kollox inkunu qegħdin nagħtu xhieda Nisranija, billi nwieġbu b’aktar imħabba u impenn għan-nuqqas ta’ mħabba u impenn tal-oħrajn.

Chiara Lubich

2013, Kelma tal-Ħajja Tags:L-Iskrittura

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu 2013
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2013

Riċerka libera

Ġabra tal-Kelma tal-Ħajja

2026 2025
2024 2023
2022 2021
2020 2019

Għal snin preċedenti, fittex taħt Kategoriji

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (4) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (4) il-kariżma tal-unità (2) il-maħfra (2) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) L-Iskrittura (206) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (2) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 04/11/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 01/10/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2026 01/09/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2026 01/08/2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)