Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Kotba
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta Lulju 2013

Posted on 01/07/201305/10/2026 By admin

“Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek’” (Gal. 5, 14).

Din hi l-kelma ta’ San Pawl appostlu: qasira, mill-isbaħ u ċara daqs il-kristall. Tkellimna fuq dak li għandu jkun il-pedament tal-imġiba Nisranija, fuq dak li dejjem għandu jnebbaħha: l-imħabba lejn il-proxxmu.

Fit-twettiq ta’ dan il-kmandament l-appostlu jara l-milja tal-Liġi. Fil-fatt hi tgħidilna biex ma nwettqux adulterju, biex ma noqtlux, biex ma nisirqux, biex ma nixtiqux… u nafu lkoll li min iħobb ma jagħmel xejn minn dan: min iħobb ma joqtolx, ma jisraqx …

“Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek’.”

Iżda min iħobb mhux biss jevita l-ħażen. Min iħobb jinfetaħ għall-oħrajn, jixtieq il-ġid, jagħti lilu nnifsu: jasal biex jagħti ħajtu għal min iħobb.

Għalhekk Pawlu jikteb li meta nħobbu ’l-proxxmu mhux biss nosservaw il-Liġi, imma nkunu lħaqna l-milja tagħha.

“Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek’.”

Jekk il-Liġi kollha tinġabar fl-imħabba għall-proxxmu, jeħtieġ inħarsu lejn il-kmandamenti l-oħra bħala mezzi biex idawluna u jmexxuna ħalli fis-sitwazzjonijiet imwiegħra tal-ħajja jkollna l-ħila nsibu t-triq tal-imħabba lejn l-oħrajn. Jeħtieġ li fil-kmandamenti l-oħra nagħrfu naqraw il-ħsieb t’Alla u r-rieda tiegħU.

Hu jridna nobdu, inkunu safja, niċċaħdu, inkunu umli, inħennu, inkunu foqra … biex inwettqu aħjar il-kmandament tal-imħabba.

“Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek’.”

Għandna mnejn nistaqsu: għaliex l-Appostlu għażel li ma jitkellimx fuq l-imħabba t’Alla?

Il-fatt hu li l-imħabba t’Alla u dik lejn il-proxxmu mhumiex kontra xulxin. Anzi, l-imħabba lejn il-proxxmu hi espressjoni tal-oħra, tal-imħabba divina. Fil-fatt, tħobb ‘l Alla jfisser tagħmel ir-rieda tiegħU u r-rieda tiegħU hi li nħobbu ’l-proxxmu tagħna.

“Il-liġi kollha tinġabar f’liġi waħda: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek’.”

Kif se ngħixu din il-Kelma? Sempliċi: billi nħobbu ’l-proxxmu; inħobbuh fil-veru sens tal-kelma. Dan ifisser li nkunu lesti li nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura.

Min juża l-proxxmu għall-għanijiet personali tiegħu, anki jekk dawn ikunu spiritwali bħalma hi l-qdusija personali, dan ma jkunx qed iħobb. Irridu nħobbu ’l-oħrajn u mhux lilna nfusna.

Min-naħa l-oħra, m’hemmx dubju li min iħobb kif suppost, isir tassew qaddis; ikun “perfett bħall-Missier”, għax ikun għamel l-aħjar li seta’: ikun wettaq ir-rieda t’Alla, ikun poġġiha fil-prattika: laħaq il-milja tal-Liġi.

Fl-aħħar mill-aħħar, fi tmiem ħajjitna, mhux fuq dan it-tip ta’ mħabba se niġu eżaminati?

Chiara Lubich

2013, Kelma tal-Ħajja Tags:L-Iskrittura

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Ġunju 2013
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2013

Riċerka libera

Ġabra tal-Kelma tal-Ħajja

2026 2025
2024 2023
2022 2021
2020 2019

Għal snin preċedenti, fittex taħt Kategoriji

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (4) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (4) il-kariżma tal-unità (2) il-maħfra (2) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) L-Iskrittura (206) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (2) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 04/11/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 01/10/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2026 01/09/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2026 01/08/2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)