Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Kotba
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2013

Posted on 01/09/201305/10/2026 By admin

“Ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bil-għemil u bil-verità” (1 Ġw 3,18).

Dan il-kliem kitbu San Ġwann. Huwa kien qed iwissi lill-komunitajiet tiegħu dwar uħud li bi kliemhom kienu jfaħħru l-fidi f’Ġesù imma mbagħad għemilhom ma kienx jaqbel ma’ twemminhom. Mhux talli hekk, talli dawn kienu jgħidu li l-għemil tal-bniedem kien vojt u ma jiswa xejn, bħallikieku Ġesù kien diġà wettaq kollox b’għemilu. Għaldaqstant, din tagħhom kienet fidi vojta u bla ħajja għax mill-ħidma ta’ Ġesù kienu jħallu barra dik il-parti, tant meħtieġa, li Hu jistenna minn kull wieħed u waħda minna.

“Ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bil-għemil u bil-verità”.

Tħobb bil-fatti. Il-fidi vera, jgħidilna l-appostlu, hi dik li tagħti prova tagħha nnifisha billi tħobb kif Ġesù ħabbna u għallimna. L-ewwel karatteristika ta’ din l-imħabba hija l-konkretezza. Ġesù ma ħabbniex b’ħafna diskorsi sbieħ, imma ġie fostna, għamel il-ġid, fejjaq lil kulħadd u kien lest igħin b’mod sħiħ lil kulmin kien fil-bżonn, l-aktar il-batuti, il-foqra, l-imwarrbin. Hu ta ħajtu għalina.

“Ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bil-għemil u bil-verità.”

L-appostlu jgħidilna li aħna rridu nħobbu mhux biss bil-fatti imma fil-verità. Filwaqt li tissarraf f’fatti konkreti, l-imħabba nisranija tfittex li tispira ruħha mill-verità tal-imħabba li nsibu f’Ġesù, tfittex li tkun taqbel mas-sentimenti u t-tagħlim tiegħu. Dan ifisser li rridu nħobbu bil-mod kif ħabb Ġesù u b’dak il-kejl li wriena hu.

“Ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bil-għemil u bil-verità.”

Issa kif nistgħu ngħixu l-Kelma tal-ħajja ta’ dan ix-xahar? Il-messaġġ huwa ċar daqs il-kristall. Din hija sejħa biex inkunu nsara awtentiċi, għax Ġesù tant saħaq fuq dan. U mhux dan hu li d-dinja qed tistenna? Mhuwiex forsi veru li d-dinja tal-lum qed tistenna li tara ħafna xhieda tal-imħabba ta’ Ġesù?

Mela ejjew inħobbu bil-fatti u mhux bit-tpaċpiċ u nibdew minn dawk l-affarijiet umli tal-ħajja ta’ kuljum li l-proxxmu li jgħix qrib tagħna jitlob minna.

U nħobbu fil-verità. L-imġiba ta’ Ġesù kienet dejjem taqbel mar-rieda tal-Missier; u hekk trid tkun l-imġiba tagħna; trid tkun dejjem taqbel mal-Kelma ta’ Ġesù. Hu jridna naraw lilu f’kull wieħed mill-proxxmu tagħna. Tant hu hekk, li dak kollu li nagħmlu ma’ kull wieħed mill-proxxmu tagħna, Hu jqisu magħmul miegħU. Huwa jridna nħobbu lill-oħrajn bħalna nfusna, u li ninħabbi billi nkunu lesti nagħtu ħajjitna għal xulxin.

Mela ejjew inħobbu lil xulxin b’dan il-mod ħalli aħna wkoll inkunu għodda ta’ Ġesù għas-salvazzjoni tad-dinja.

Chiara Lubich

2013, Kelma tal-Ħajja Tags:L-Iskrittura

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2013
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2013

Riċerka libera

Ġabra tal-Kelma tal-Ħajja

2026 2025
2024 2023
2022 2021
2020 2019

Għal snin preċedenti, fittex taħt Kategoriji

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (4) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (4) il-kariżma tal-unità (2) il-maħfra (2) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) L-Iskrittura (206) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (2) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 04/11/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 01/10/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2026 01/09/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2026 01/08/2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)