Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Chiara Lubich: Fejn hemm il-karità u l-imħabba, Alla hemm jinsab

Posted on 17/01/2022 By admin

F’intervista li TV tal-Bavarja kienet għamlet lil Chiara Lubich fl-1988 f’Montet, l-Isvizzera, hi kienet tkellmet dwar kif l-Insara jistgħu jimxu ‘l quddiem fit-triq tal-unità. 

“Biex nitkellmu dwar l-għaqda fost l-Insara, hemm bżonn naħsbu li l-ewwel wieħed li beda jippromwovi l-għaqda ma kienx xi nisrani minn Knisja jew minn oħra: kien l-Ispirtu s-Santu li qanqal lill-Insara għall-għaqda. Il-programm għall-għaqda, qabel ma jinsab fina, jinsab f’Alla. Mela, inkunu nies tassew prudenti u għorrief jekk nimxu warajH u nimxu warajh billi nisimgħu dak il-vuċi li hemm fina u tgħidilna: agħmel dak il-pass, agħmel dak il-pass l-ieħor.

Il-Knejjes poġġew ruħhom fuq dawn iż-żewġ binarji: l-għaqda fl-imħabba, id-djalogu tal-karità, bħal dak li għexu Athenagoras u l-Papa Pawlu VI, u mbagħad id-djalogu fil-verità fost il-Knejjes u anki fost gruppi ta’ Knejjes.  Hi ħaġa tajba li wieħed iżomm l-idea tal-imħabba  bħala l-bażi,  għax l-imħabba twassal għall-preżenza ta’ Ġesù f’nofsna. Fejn hemm il-karità u l-imħabba, Alla hemm jinsab.  U jekk Hu jkun fostna, Hu jista’ jissuġġerixxi, jista’ jdawwal  anki lit-teoloġi biex isibu t-toroq li jwasslu għall-għaqda  u biex isibu l-verità waħdanija, li forsi wieħed ikun jista’ jikkunsidra minn bosta punti di vista.

X’hemm bżonn li nagħmlu? Inkomplu fuq din it-triq li l-Knejjes qed jimxu fuqha: id-djalogu tal-imħabba u d-djalogu tal-verità, fil-verità.

Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-unità tal-umanità, nara li hemm ħafna x’qed iqanqal għall-mixja lejn l-unità  u fosthom hemm ukoll dik ix-xi ħaġa żgħira li qed nagħmlu aħna. Iżda nħoss li hemm bżonn jaqgħu ħafna ħitan; jekk jaqgħu l-ħitan, ħafna affarijiet ikunu solvuti. (…) Jekk inxerrdu l-Kristjaneżmu u mill-ġdid nagħtuh il-ħajja fil-Knejjes tagħna,  jekk jirnexxilna nagħtu xhieda aħjar ta’ Kristu u nwasslu l-prinċipji nsara permezz tad-djalogu ma’ nies ta’ reliġjonijiet  oħra u ma’ dawk  ta’ rieda tajba, żgur li nkunu dejjem aktar ħaġa waħda bejnietna. Ġesù ġie fuq l-art biex il-bnedmin kollha jkunu aħwa bejniethom. Imma l-final Alla jafu.

Chiara Lubich

 (Chiara Lubich, Una spiritualità per la unità dei cristiani, Città Nuova, 2020, p. 122-123)

Spiritwalità Tags:Chiara Lubich, djalogu tal-imħabba, ekumenismu, Għaqda fost l-Insara

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2022
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2022

Riċerka libera

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (2) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (2) il-Kelma t’Alla (5) il-maħfra (1) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Kelma tal-Ħajja (53) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (1) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Ir-Regola tad-Deheb
  • Il-Kelma tibni l-komunità
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ April 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari (Malta) | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Powered by PressBook Blog WordPress theme