Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2009

Posted on 01/11/200927/05/2026 By User

“Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 19, 24).

[…]

Jimpressjonak dan il-kliem?

Naħseb għandek raġun titħasseb u tara xinhi l-aħjar ħaġa li għandek tagħmel. Ġesù ma qalx kliem sempliċiment biex ikun qalhom. Għalhekk jeħtieġ nieħdu dan il-kliem bis-serjetà, bla ma nnaqqsu xejn minnu.

Ejjew nippruvaw nifhmu s-sens veru ta’ dan il-kliem minn Ġesù stess, mill-mod kif kien iġib ruħu mal-għonja. Hu kien ikun ma’ nies għonja wkoll. Lil Żakkew, li ta biss nofs il-ġid li kellu, qallu: “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni”.

Barra minn hekk, fl-Atti tal-Appostli naraw li fil-Knisja tal-ewwel żmenijiet, il-qsim tal-ġid kienet xi ħaġa li kien jagħmilha min irid u allura mhux kulħadd kien mitlub li jiċċaħħad mill-affarijiet li kien ikollu.

Mela, Ġesù ma kellux f’moħħu li jwaqqaf biss komunità ta’ nies imsejħa biex jimxu warajh […], li jħallu warajhom il-ġid kollu li kellhom.

Madanakollu hu jgħid: “Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

Mela Ġesù x’qiegħed jikkundanna? Żgur li mhux jikkundanna l-ġid ta’ din id-dinja fih innifsu, imma jikkundanna l-għani li jkun marbut miegħu.

Għaliex?

Sempliċi: għax kollox hu t’Alla, iżda l-għani jġib ruħu bħallikieku l-ġid kien tiegħu.

Il-fatt hu li l-ġid faċli jieħu post Alla fil-qalb tal-bniedem. Dan jagħma warajh u faċli jittieħed mill-vizzjijiet kollha. L-Appostlu San Pawl jikteb: “Dawk li jridu jistagħnew jaqgħu fit-tiġrib u fix-xibka u f’ħafna xewqat bla sens u ta’ ħsara li jitfgħu lill-bnedmin fil-qerda u t-telfien. Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta’ kull ħażen; kien ħtija ta’ din ir-regħba li xi wħud ħarġu barra mit-triq tal-fidi u nfnew b’niket kbir”.

Platun, filosfu Grieg, jgħid hekk: “Ma jistax ikun li bniedem tajjeb ħafna jkun fl-istess ħin għani ħafna”.

Mela x’għandu jagħmel il-bniedem għani? Jeħtieġ li qalbu tkun ħielsa, miftuħa beraħ għal Alla. L-għani jrid ikun amministratur tal-ġid tiegħu u, kif jgħid Ġwanni Pawlu II, hu għandu jagħraf iħaddem ġidu biex jagħmel tajjeb għal fejn hemm nuqqas fis-soċjetà.

Mhux il-kas li nkasbru l-ġid ta’ din id-dinja għax fih innifsu mhuwiex xi ħaġa ħażina. Imma rridu nużawh tajjeb.

Mhux idejna, imma qalbna trid iżżomm ’il bogħod minnu. Li trid tagħmel hu li tużah sew għall-ġid tal-oħrajn.

Min hu għani, hu għani għal ħaddieħor.

“Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.”

Forsi qed tgħid: jiena miniex għani għalhekk dan il-kliem ma jgħoddx għalija.

Irridu noqogħdu attenti. Eżatt wara li Ġesu qal dan il-kliem, id-dixxipli mistagħġba minnufih staqsewh: “Mela min jista’ jsalva?”. Din il-mistoqsija turi ċar li dan il-kliem huma b’xi mod għal kulħadd.

Anki min iħalli kollox biex jimxi wara Kristu jista’ jkollu qalbu marbuta ma’ elf ħaġa. Anki wieħed fqir li jibda jitkellem ħażin kif xi ħadd imisslu l-ħorġa, jista’ jkun għani quddiem Alla.

[…]

Chiara Lubich

2009, Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2009
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2009

Riċerka libera

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (2) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (2) il-Kelma t’Alla (5) il-maħfra (1) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Kelma tal-Ħajja (53) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (1) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Ir-Regola tad-Deheb
  • Il-Kelma tibni l-komunità
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ April 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari (Malta) | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Powered by PressBook Blog WordPress theme