Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2009

Posted on 01/12/200927/05/2026 By admin

“Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet” (Mt 5, 16)

Id-dawl jidher fl-“għemejjel tajba” u jiddi permezz tal-għemejjel tajba li jagħmlu -insara. Tgħidli: mhux l-insara biss jagħmluhom l-għemejjel tajba. Hemm nies oħra li jagħtu sehemhom b’risq il-progress, jibnu djar, jaħdmu favur il-ġustizzja… Għandek raġun. Dan jagħmlu n-nisrani u hu dmir tiegħu, imma n-nisrani mhux imsejjaħ għal dan biss. Hu jrid iwettaq l-għemejjel tajba bi spirtu ġdid, b’dak l-ispirtu li bih ma jibqax hu li jgħix, imma Kristu li jgħix fih.

San Mattew f’moħħu ma kellux biss dawk l-opri tal-ħniena li jsiru darba kultant, bħal li żżur il-ħabsin, tlibbes lil min hu għeri u dawk l-għemejjel l-oħra tal-ħniena li jinqalgħu skont il-bżonn. Imma f’moħħ l-evanġelista, in-nisrani għandu jgħix b’mod li jgħaqqad bis-sħiħ ir-rieda tiegħu mar-rieda t’Alla u b’hekk ħajtu kollha ssir opra tajba. Jekk in-nisrani jgħix hekk, hu jsir “trasparenti” u t-tifħir li jingħata għal dak kollu li jagħmel ma jmurx għandu, imma jmur għand Kristu li jgħix fih. U permezz tiegħu, Alla jkun preżenti fid-dinja. Għalhekk xogħol in-nisrani hu li jħalli dan id-dawl li jgħammar fih joħroġ ’il barra minnu u jkun “sinjal” ta’ din il-preżenza t’Alla fost il-bnedmin.

“Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”.

Jekk l-opra tajba ta’ nisrani wieħed ikun fiha dawn il-kwalitajiet, anki l-komunità nisranija li tgħix fid-dinja jrid ikollha l-istess funzjoni preċiża: li turi b’ħajjitha li Alla hu preżenti fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f ’ismu, wegħda magħmula lill-Knisja li tibqa’ tgħodd sal-aħħar taż-żminijiet. Il-Knisja tal-ewwel żminijiet kienet tagħti importanza kbira ’l dan il-kliem ta’ Ġesu. L-aktar fil-mumenti diffiċli, meta l-insara kienu jiġu mżebilħa. Hi kienet tħeġġiġhom biex ma jeħduhiex kontra dan bil-vjolenza.

Imġebithom kellha tkun risposta kontra l-ħażin li kienu jgħidu fuqhom.

Fl-Ittra lil Titu nsibu miktub hekk: “Ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex ikunu meqjusa. Qis li inti nnifsek tkun f ’kollox mera ta’ bniedem li jagħmel it-tajjeb; bniedem ta’ duttrina safja, ta’ serjetà; li għandu kelma sħiħa li ħadd ma jsib xi jgħid fiha, sabiex kull min jeħodha kontra tagħna jibqa’ mħawwad, billi ma jkollu xejn ħażin xi jgħid fuqna”.

“Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”.

Anki f’dawn iż-żmenijiet, il-ħajja nisranija mgħixa hi dawl li twassal ’il-bnedmin għand Alla.

Ħa nirrakkuntalek fatt ċkejken. Antonietta, tfajla minn Sardenja, marret taħdem Grenoble, belt fi Franza. Kienet skrivana f’uffiċċju li fih il-ħaddiema ma tantx kienu jagħtu sehemhom fix-xogħol. Billi hi nisranija u tara f’kull wieħed lil Ġesu li trid taqdi, hi tgħin ’il kulħadd u tkun dejjem kalma u bit-tbissima fuq fommha. Sikwit issib lil min jirrabja magħha, jgħolli leħnu u jgħidilha ħafna affarijiet biex iwaqqagħha għaċ-ċajt: “Hux trid taħdem? Mela aqbad u ttajpja x-xogħol tiegħi!”  Hi tiskot u taħdem. Taf li sħabha mhumiex xi nies ħżiena. Mhux kulħadd ikollu s-slaleb tiegħu x’iġorr! Jum fost l-oħrajn min imexxi l-uffiċċju mar fuqha meta sħabha ma kenux hemm u staqsieha: “Issa trid tgħidli kif jirnexxilek ma titlifx il-paċenzja, u kif dejjem tarak bit-tbissima fuq fommok”. Biex tiddefendi ruħha weġbitu: “Infittex

li nżomm il-kalma, li nieħu l-affarijiet sew”. Dan ta tisbita fuq l-iskrivanija u qalilha: “Le, żgur li hawnhekk jidħol Alla, għax kieku qatt ma jirnexxilek iġġib ruħek hekk! U biex tagħqad, jien f ’Alla ma kontx nemmen!” Xi ġranet wara lil Antonietta sejħulha fl-uffiċċju tad-Direttur. Dan qalilha li kien se jibgħatha taħdem f’uffiċċju ieħor u d-Direttur qalilha: “Biex tibdlu kif irnexxielek tibdel l-uffiċċju li qiegħda fih issa”.

“Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”.

Chiara Lubich

 

Parola di vita, Jannar 1999, ippubblikata fuq Città Nuova 1998, nru.24, p.59.
Il-“Kelma tal -Ħajja” ti ġi ma qluba f’90 lingwa u id joma (li 20 min hom huma biss orali ) u tilħaq miljuni ta ’ nies permezz ta ’ gazzeti , radju, televixin u Internet .

ĊENTRI TAL-MOVIMENT TAL-FOKOLARI: www.focolare.org
‘Stellaelise’, Triq il-Ħuttaf, Kappara Tel: 2138 5801 • focolaremt@waldonet.net.mt
‘Vita Nuova’, Triq Agius de Soldanis, Sta. Venera Tel: 2148 6112 • vitanuova@waldonet.net.mt

 

2009, Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2009
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2010

Riċerka libera

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (2) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (2) il-Kelma t’Alla (5) il-maħfra (1) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Kelma tal-Ħajja (53) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (1) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Ir-Regola tad-Deheb
  • Il-Kelma tibni l-komunità
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ April 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari (Malta) | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Powered by PressBook Blog WordPress theme