Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Kotba
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2012

Posted on 01/09/201207/11/2026 By admin
“Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih il-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta’ ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 4, 13-14).

Meta Ġesù qal dan il-kliem, li hu ġawhra tal-Vanġelu, lis-Samaritana, hu kien qiegħed ħdejn il-bir ta’ Ġakobb. Ġesù jsemmi l-ilma, element mill-aktar sempliċi, imma mill-aktar mixtieq u meħtieġ għal min jgħix fid-deżert. Ma kellux għalfejn joqgħod ifisser ħafna affarijiet biex in-nies tifhem xi jfisser l-ilma.

L-ilma tal-għajn iservi għall-ħajja tagħna naturali, filwaqt li l-ilma ħaj li jsemmi Ġesù, iservi għall-ħajja ta’ dejjem.

Kif id-deżert jieħu l-ħajja meta tagħmel ħafna xita, hekk ukoll iż-żerriegħa li tagħtina l-magħmudija, tista’ tinbet biss jekk tissaqqa bil-Kelma t’Alla. Il-pjanta tikber, tarmi u tieħu s-sura ta’ siġra jew ta’ xi fjura mill-isbaħ. Dan għax tirċievi l-ilma ħaj tal-Kelma li tagħtiha l-ħajja u żżommha għall-eternità.

“Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih il-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta’ ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem”.

Dan id-diskors Ġesù qed jgħidu lilna lkoll, li fid-dinja ninsabu bil-għatx: qed jgħidu lil dawk li jafu bin-nixfa spiritwali li għaddejjin minnha u għadhom iħossu l-għatx, u lil dawk li lanqas biss iħossu l-bżonn li jixorbu mill-għajn tal-ħajja vera, u tal-valuri kbar tal-umanità.

Imma, fl-aħħar mill-aħħar, Ġesù qed ikellem lill-irġiel u n-nisa tallum u qed jgħidilna fejn nistgħu nsibu t-tweġiba għall-mistoqsijiet kollha tagħna, u għas-sodisfazzjon sħiħ tax-xewqat tagħna.

Mela, ilkoll kemm aħna għandna nixorbu mill-għajn ta’ kelmtu, u nħallu l-messaġġ tiegħu jisqina. Kif? Billi nħallu l-Vanġelu jmexxilna ħajjitna, billi nqabbluha ma’ kliemu, u nfittxu li naħsbu b’moħħ Ġesù u li nħobbu b’qalbu. Kull mument li fih infittxu li ngħixu l-Vanġelu hu qatra minn dak l-ilma ħaj li nixorbu. Kull meta nagħmlu att ta’ mħabba mal-proxxmu tagħna nkunu qed nixorbu minn dak l-ilma.

Iva, għax dak l-ilma hekk ħaj u prezzjuż hu speċjali: ifawwar f’qalbna kull meta niftħuha b’imħabba għall-oħrajn. Dan l-ilma hu għajn t’Alla li, aktar ma nħobbu lill-oħrajn – b’azzjonijiet kbar jew żgħar ta’ mħabba – aktar jaqtagħlna l-għatx bih.

“Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih il-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta’ ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem”.

Mela issa fhimna li, biex ma nbatux l-għatx, irridu nagħtu mill-ilma ħaj li jagħtina Hu. Kultant biżżejjed ngħidu kelma, nagħtu tbissima, nagħtu s-sapport tagħna lil xi ħadd, biex mill-ġdid inħossuna mimlija u tassew sodisfatti, biex Hu jfawwarna bil-ferħ. U jekk nibqgħu nagħtu, din l-għajn ta’ paċi u ferħ, minnha jnixxi dejjem ilma aktar abbundanti, li ma jinxef qatt.

Hemm ukoll sigriet ieħor li wriena Ġesù. Nistgħu nxebbhuh ma’ bir bla qiegħ li minnu nistgħu ntellgħu l-ilma. Meta tnejn jew tlieta jingħaqdu f’ismu, u jħobbu ’l xulxin bl-istess imħabba tiegħu, Hu jkun f’nofshom. Imbagħad aħna nħossuna ħielsa, magħqudin ħaġa waħda, mimlijin dawl u xmajjar ta’ ilma ħaj joħorġu minna. Din hi l-wegħda ta’ Ġesù li sseħħ għaliex minnu, li jkun preżenti f’nofsna, igelgel ilma li jaqtagħlna l-għatx għall-eternità.

Chiara Lubich

2012, Kelma tal-Ħajja Tags:L-Iskrittura

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2012
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2012

Riċerka libera

Ġabra tal-Kelma tal-Ħajja

2026 2025
2024 2023
2022 2021
2020 2019

Għal snin preċedenti, fittex taħt Kategoriji

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (4) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (4) il-kariżma tal-unità (2) il-maħfra (2) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) L-Iskrittura (206) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (2) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 04/11/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 01/10/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2026 01/09/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2026 01/08/2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)