Skip to content
Arkivju

Arkivju

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Kelma tal-Ħajja
  • Spiritwalità
  • Dokumenti oħra
    • Kotba
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Media library
  • Kategoriji
    • Artikli ppubblikati
    • Intervisti Radju Marija
    • Kelma tal-Ħajja
    • Kotba
    • Media library
    • Spiritwalità
  • Kuntatt
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2012

Posted on 01/12/201207/11/2026 By admin
“Lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla” (Ġw 1, 12).

L-aħbar kbira u ġdida li wassal Ġesù lill-bnedmin kollha hija din: aħna wlied Alla, bil-grazzja tiegħu aħna nsiru wlied Alla.

Imma kif u ’l min tingħata din il-grazzja? “Lil dawk li laqgħuh” u ’l dawk li għad jilqgħuh matul is-sekli. Jeħtieġ li nilqgħuh bil-fidi u bl-imħabba billi nemmnu li Ġesù hu l-Feddej tagħna.

Imma ejjew infittxu li nifhmu aktar fil-fond xi tfisser li nkunu wlied Alla. Biżżejjed tħares lejn Ġesù, l-Iben t’Alla, u lejn ir-rabta tiegħu mal-Missier: Ġesù kien jitlob ’il Missieru kif talab fil-“Missierna”. Għalih Missieru kien ‘Abbà’, jiġifieri missier għażiż, il-papà. Lejh kien idur b’kunfidenza bla tarf u b’imħabba mill-aktar kbira.

Imma billi ġie fid-dinja minħabba fina, ma kienx biżżejjed għalih li jkun f’din il-kundizzjoni ta’ privileġġ. Meta miet għalina, u fdiena, hu għamilna wlied Alla u ħutu, u permezz tal-Ispirtu s-Santu, tana wkoll iċ-ċans li nidħlu fi ħdan it-Trinità. B’hekk aħna wkoll nistgħu nitolbu t-talba divina tiegħu: “Abbà, Missier!” (Mk 14, 36; Rum 8, 15): “papà, missieri”, missierna, bil-konsegwenzi kollha li din il-kelma ġġib magħha: ċertezza li hemm hu li jħarisna, li jserrħilna moħħna, u aħna nintelqu f’imħabbtu, fil-faraġ li jagħti Alla, fil-qawwa, fil-ħeġġa; ħeġġa li titwieled f’qalb dawk li jafu li hemm xi ħadd li jħobbhom.

“Lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla.”

Il-magħmudija u l-ħajja tal-grazzja li tiġi minnha tagħmilna ħaġa waħda ma’ Kristu u flimkien miegħu aħna wlied fl-Iben. F’din is-silta tal-Vanġelu nsibu wkoll kelma li biha nifhmu d-dinamiżmu profond tal-fatt li aħna wlied. Dan irridu nwettquh jum wara jum. Infatti jeħtiġilna “insiru wlied Alla”.

Aħna nsiru u nikbru bħala wlied Alla billi nwieġbu għal dan id-don tiegħu u billi ngħixu r-rieda tiegħu li nsibuha miġbura kollha kemm hi fil-kmandament tal-imħabba: imħabba t’Alla u mħabba tal-proxxmu. Infatti, li tilqa’ ’l Ġesù jfisser tagħrfu fil-proxxmu tiegħek kollu. Huma wkoll jistgħu jagħrfu ’l Ġesù u jemmnu fih, jekk fl-imħabba tagħna lejhom huma jilmħu parti, xrara tal-imħabba bla tarf tal-Missier.

“Lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla.”

Dan ix-xahar li fih infakkru b’mod speċjali t-twelid ta’ Ġesù fid-dinja, għandna nagħmlu ħilitna kollha biex nilqgħu ’l xulxin, billi ngħixu u naqdu ’l Kristu nnifsu f’ħutna l-bnedmin.

Imbagħad bejnietna u l-Missier titwieled l-imħabba u l-għarfien tal-ħajja bħal dik li torbot l-Iben mal-Missier fl-Ispirtu. U fuq xufftejna terġa’ tinstema’ b’mod dejjem ġdid it-talba ta’ Ġesù: Abbà, Missier.

Chiara Lubich

2012, Kelma tal-Ħajja Tags:L-Iskrittura

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2012
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2013

Riċerka libera

Ġabra tal-Kelma tal-Ħajja

2026 2025
2024 2023
2022 2021
2020 2019

Għal snin preċedenti, fittex taħt Kategoriji

Kategoriji

Agħżel id-data

Tags

Alla Missier (4) Alla Mħabba (3) Chiara Lubich (5) Chiara t'Assisi (1) djalogu tal-imħabba (1) Djarju (1) ekumenismu (3) ghaqda (1) Għaqda fost l-Insara (4) il-kariżma tal-unità (2) il-maħfra (2) Il-paċi (2) il-ħniena (1) ir-Rużarju Mqaddes (1) Knejjes Insara (4) Kristu Rxoxt (1) l-Ewkaristja (1) L-Iskrittura (206) ll-Ġimgħa Mqaddsa (1) Marija (2) mħabba lejn il-proxxmu (3) Papa Frangisku (1) rieda t'Alla (1) Saltna ta’ Alla (1) San Pawl (2) spiritwalità kollettiva (1) storja tal-Moviment (1) Ġesù fostna (2) Ġesù l-Imgħallem (1) Ġesù Rxoxt (2)

Kategoriji

Agħżel id-data

Żidiet riċenti

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 04/11/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 01/10/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2026 01/09/2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2026 01/08/2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)