Kelma tal-Ħajja ta’ Ġunju 2013
“Jekk tagħmlu t-tajjeb u ssofru t-tbatija bis-sabar, din tkun grazzja quddiem Alla” (1 Pt 2, 20). L-appostlu San Pietru ried juri lill-komunitajiet tiegħu l-ispirtu ġenwin tal-Vanġelu fl-affarijiet konkreti tal-ħajja; b’mod partikulari jitkellem fuq il-kundizzjoni u l-istat ta’ ħajja ta’ kull bniedem. Dan il-kliem San Pietru qalu lil xi lsira nsara u li, bħall-bqija tal-ilsira ta’…

